cover

Download Songs Muscat Jg��id Li Kul��add Qed Jie��u Dak Li ��aqqu only for review course, Buy Cassette or CD / VCD original from the album Muscat Jg��id Li Kul��add Qed Jie��u Dak Li ��aqqu or use Personal Tone / I-RING / Ring Back Tone in recognition that they can still work to create other new songs. DMCA Removal Requests Send to [email protected]
Download Full Album songs For Android Muscat Jg��id Li Kul��add Qed Jie��u Dak Li ��aqqu Fast Download

Title : Muscat jgħid li kulħadd qed jieħu dak li ħaqqu
Description : Fil-preżenza tal-kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Cyrus Engerer li qed jirċievi żewġ pagi ta' konsulenza minn żewġ Ministeri differenti u fil-preżenta tal-kandidata Laburista Miriam Dalli li tirċievi paga ta' €40,000 għall-konsulenza tagħha lill-Ministru Konrad Mizzi, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li "kulħadd jieħu dak li ħaqqu f'pajjiżna" u li "aħna qegħdin hawn mhux għal flus".

Muscat kien qed jindirizza l-attivisti Laburisti fil-pjazza tal-Birgu f'mass rally li bih ta bidu għall-kampanja elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. F'din l-attività, għall-ewwel darba wara ħafna snin, spikka n-nuqqas ta' Ray Azzopardi, li ssoltu janima dawn l-attivitajiet peress li ftit wara l-elezzjoni, nħatar Ambaxxatur ta' Malta fil-Belġju.

Il-preparamenti loġistiċi tal-Partit Laburista għal din l-attività, u kollox jindika li għall-kumplament tal-kampanja elettorali, kienu simili ħafna għal dawk tas-sena li għaddiet, iżda mhux l-istess jista' jingħad għal kontenut tad-diskors ta' Muscat. Fil-fatt, filwaqt li s-sena li għaddiet, id-diskors tiegħu kien ikun iffukat fuq il-frażi 'Malta tagħna lkoll' u fuq il-kelma 'meritokrazija', bilkemm saret referenza għalihom, tant li l-kelma 'meritokrazija' ma ntużat fl-ebda ħin u l-frażi 'Malta tagħna lkoll' intużat darba meta Muscat qal li "rridu nkomplu naħdmu biex il-viżjoni ta' Malta tagħna lkoll tkompli ssir realtà".

Għar-rally, li matulu, Muscat qal li hu u l-kollegi tiegħu mhumiex fil-politika għall-flus, ma attendewx il-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, li tinsab fl-Asja tirċievi paga ta' €13,000 fix-xahar, u l-ħabiba tal-mara ta' Muscat, Michelle Buttigieg, li tinsab fi New York tirċievi paga ta' €60,000 fis-sena.

Fil-bidu tad-diskors tiegħu, Muscat għamel bħalma għamel fir-rally li bih ingħatat bidu l-kampanja elettorali tas-sena li għaddiet, u għamel sensiela ta' eloġji lill-eks mexxejja ta' pajjiżna, fosthom Mikiel Anton Vassallo, Manwel Dimech, Ġorġ Borg Olivier u l-Perit Dom Mintoff. Meta tkellem Mintoff, Muscat qal li kien hu li daħħal bosta drittijiet f'pajjiżna, fost l-oħrajn li "kulħadd iżomm ma min irid mingħajr indħil."

Ta' sorpriża għal ħafna kien il-fatt li Muscat, għal darb'oħra, reġa' qal li hu l-underdog fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Is-sena li għaddiet, qabel rebaħ elezzjoni b'distakk ta' 36,000 vot, Muscat ukoll kien jgħid li hu l-underdog. Fil-fatt, f'ħin minnhom, meta qal li "dawn huma elezzjonijiet diffiċli għalina", sab sostenituri Laburisti li bdew jgħajtu mill-folla "mela inti dejjem hekk tgħid?"

Ir-rally fil-Birgu kienet l-uniku attività tal-Partit Laburista fl-ewwel ġurnata tal-kampanja elettorali. Fil-fatt, kmieni filgħodu, Joseph Muscat, ħabbar l-islogan u l-logo ta' din il-kampanja permezz ta' tweet u messaġġ fuq Facebook. L-islogan li l-Partit Laburista għażel għal din l-elezzjoni huwa "Malta Enerġija Pożittiva".
Download as MP3 | Download as MP4 | Fast Download